Numru jew numri Number(s)

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

Is-sinjal għal NUMRU jew NUMRI jsir b’id waħda u bis-swaba’ kollha jippuntaw ’il fuq u bil-pala tħares ’il ġewwa. L-id timxi min-nofs sal-ġenb. Ta’ min jinnota li s-sinjali għan-numri differenti jsegwu l-ordni mhux tal-Malti imma tas-segwenza li naraw fiċ-ċifra. Hemm ħafna eżempji ta’ sinjali tan-numri: ara dawk għan-numri m inn 1 sa’ 20, 21, 26, 30, 32, 36, 40, 43, 47, 50, 54, 58, 60, 65, 69, 70, 80, 90, 100, 101, 106,110, 115, 168, 200, 202, 207, 300, 303, 308,400, 500, 600, 700, 800, 900, elf, miljun, biljun, u triljun.

The sign for NUMBER(S) is made with one hand, with the fingers all pointing upwards and the palm facing inwards. The hand moves from the middle to the side. It is worth noting that the signs for numbers differ from Maltese as the sequence is that which is seen in the digits of the written numeral (as in English). Several examples are given in this dictionary. See that for the numbers 1 to 20, 21, 26, 30, 32, 36, 40, 43, 47, 50, 54, 58, 60, 65, 69, 70, 80, 90, 100, 101, 106,110, 115, 168, 200, 202, 207, 300, 303, 308,400, 500, 600, 700, 800, 900, thousand, million, billion and trillion.